Il-pubbliku jagħżel l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa bħala l-aktar suġġett li għandu jingħata prijorita’ fil-Parlament Ewropew, bil-maġġoranza jissuġġerixxu li din għandha tiġi aktar diskussa fuq livell Ewropew. Biex ikun hemm ugwaljanza bejn is-sessi jeħtieġ li l-Parlament jindirizza l-paga ugwali, tiffaċilita bejn ix-xogħol u d-doveri tal-familja u l-ġlieda kontra l-vjolenza domestika. Hekk kif propju mill-illum tissokta l-ħidma fil-Parlament Ewropew, jidher li dan is-suġġett huwa parti mill-aġenda Ewropea u li se nkunu qed naraw proposti leġiżlattivi f’dan ir-rigward.