F’għeluq is-sena mill-bidu tal-aggressjoni Russa tal-Ukrajna, il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej (il-PSE), li tiegħu huwa membru l-Partit Laburista, afferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu lill-Ukrajna u wiegħed li se jibqa’ jagħti sostenn lill-poplu qalbieni tagħha li qed jiddefendi lil artu.
Il-PSE esprima wkoll l-appoġġ tiegħu għall-ħidma tal-Kummissarju Ewropea għall-Intern, Ylva Johansson, biex tingħata assistenza lir-refuġjati Ukreni u biex l-Ukrajna tiġi megħjuna finanzjarjament.