“Grazzi għall-prudenza li l-Gvern ħadem biha fil-finanzi pubbliċi fl-aħħar snin, illum ninsabu f’sitwazzjoni fejn l-istess Gvern seta’ ħareġ miżuri b’saħħithom biex jiġġieled l-effetti l-ħżiena ta’ din il-pandemija.”
Dan kien is-sentiment komuni bejn l-ekonomisti Maltin fid-dawl tal-miżuri li ħabbar il-Gvern sabiex isostni l-ekonomija, in-negozji u l-familji li b’xi mod intlaqtu ħażin mill-imxija tal-Cornavirus, ekonomisti Maltin.
Fuq il-programm Dissett fuq l-istazzjoni Nazzjonali, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Dr Mario Vella tkellem dwar dan.
“Fl-aħħar snin il-finanzji pubbliċi tmexxew b’mod prudenti kif jixdu s-surplusses miksuba sena wara l-oħra kif ukoll il-fatt li d-dejn pubbliku minn madwar 70% tal-gdp niżel għal 45 % dan joħloq spazzju għall-Gvern biex dan iwettaq miżuri ndirizzati biex dan il-Gvern itaffi d-daqqa tal-pandemija fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna. Ħaġa li fil-fatt qed tiġri issa.”
Vella kompla jispjega kif, li kieku din il-pandemija laqtitna fl-2013 taħt amministrazzjoni Nazzjonalita, meta d-dejn kien ilaħħaq is-70% tal-ġid nazzjonali, dan kien ikun aktar diffiċli.
“Kieku din il-pandemija kellha tolqotna meta kellna dejn ta’ 70% tal-GDP fuq darna, piż konsiderevoli kieku meta fl-aħħar tgħaddi l-pandemija u importanti niffukaw mhux biss fuq dak li qed jiġri issa imma fuq dak li jkollna bżonn nagħmlu minn punto di vista tas-saħħa jitjiebu, dan ikun ferm aktar diffiċli li nirkupraw.”
Kompla jispjega kif l-andament ekonomiku pożittiv li gawda pajjiżna fl-aħħar snin jpoġġi lill-Awtoritajiet f’pożizzjoni aħjar sabiex jiġġieldu l-pandemija tal-Covid-19.
Fil-fatt fil-miżuri mħabbra l-Ħamis filgħaxija l-Gvern alloka 35 miljun ewro għas-settur tas-saħħa.
“Is-saħħa tirrikjedi l-flus u l-flus jirrikjedu ekonomija li tiffunzjona u qegħdin f’pożizzjoni tajba biex dan nagħmluh.”
L-ekonomista Gordon Cordina faħħar il-mod għaqli ta’ kif il-Gvern ma’ kkommettix il-massimu li seta’ f’dawn il-miżuri fid-dawl tal-fatt li għadu mhux magħruf kemm se ddum għaddejja din is-sitwazzjoni.
“Kemm huwa aqli li jekk inti qed tiġġieled bil-kanuni kollha mal-ewwel meta ma tafx din il-gwerra kemm ħa ddum u intant jinqalax xi għawġ ieħor mhux mistenni minn xi banda oħra?”
Qal li dawn il-miżuri proporzjonati se jżommu lill-Gvern flessibli għal żmien li ġej.
“Dal-pakkett huwa proporzjonat għall-bżonnijiet immedjati tal-pajjiż, ovjament dawn il-bżonnijiet iridu naraw kif ser jevolvu u tajjeb li l-Gvern jibqa’ flessibli għall-bżonnijiet li ser jinqalgħu li forsi mhumiex biżejjed milqugħa minn dak li mħabbar s’issa.”
https://www.one.com.mt/2020/03/19/ara-kif-se-tibbenefika-mill-pakkett-ta-zewg-biljun-ewro/