Ftit tal-ħin ilu, fi stqarrija oħra, l-Enemalta qalet li l-provvista tal-elettriku reġġgħet lura għan-normal. Dan wara li kien hemm interuzzjoni fil-provvista tal-elettriku f’diversi lokalitajiet.
Dan seħħ għall-ħabta tas-6:20 tal-Ħadd filgħaxija, waqt li kienu għaddejjin ix-xogħlijiet ta’ manutezzjoni fuq l-interconnector u esperjenzat ħsara f’waħda mit-turbini f’Delimara li wasslet għall-interruzzjoni fil-provvista tal-elettriku f’diversi lokalitajiet.
Intqal kif immedjatament, l-inġiniera u t-tekniċi tal-Enemalta bdew jaħdmu sabiex irreġgħu lura l-provvista tad-dawl f’diversi lokalitajiet. L-Enemalta qalet l-ħaddiema rnexxielhom ireġġgħu s-sitwazzjoni lura għan-normal f’siegħa.
AQRA AKTAR: