Il-provinċja Kanadiża ta’ Alberta ddikjarat stat ta’ emerġenza wara li tkebbsu nirien kbar li konsegwenza tagħhom minn tal-inqas 25,000 familja kellhom joħorġu minn djarhom.
Bħalissa din il-provinċja qiegħda taffaċja mitt istanza ta’ nirien li nfirxu, f’sitwazzjoni li ġiet deskritta bħala ‘bla preċedent’.
Residenti tal-belt ta’ Edson li jgħixu fiha madwar 8,000 persuna ġew imwissija sabiex jevakwaw b’mod immedjat.
Dawn in-nirien s’issa m’hemmx kontroll fuqhom u qed jitqawwew b’riħ qawwi li qed ikompli jferrex in-nirien.
Il-provinċja ta’ Alberta hija reġjun fejn jiġi prodott iż-żejt pero s’issa jidher li dawn il-faċilitajiet taż-żejt mhumiex f’periklu immedjat.