Il-Provinċja Agostinjana Maltija laqa’ bil-ferħ l-aħbar tal-għażla tal-Kardinal Robert Francis Prevost bħala Isqof ta’ Ruma u Ragħaj tal-Knisja Universali, issa bl-isem ta’ Leone XIV.
Fi stqarrija uffiċjali, il-Provinċja ngħaqdet mal-Ordni kollu ta’ Santu Wistin madwar id-dinja u mal-Knisja Universali li raddew ħajr lill-Mulej li sejjaħ lil wieħed minnhom għal dan is-servizz kbir fil-Knisja.
Il-Provinċja Agostinjana Maltija spjegat li l-Kardinal Prevost kien anke maħtur bħala Amministratur Appostoliku tad-djoċesi ta’ Chicago, fil-Perù u, imbagħad, għollih għad-dinjità ta’ isqof u assenjah id-djoċesi titulari ta’ Sufar.
Minn hemm ’il quddiem hu kompla jservi kemm bħala isqof u aktar tard anke bħala President tal-Konferenza Episkopali tal-Perù.
Fit-30 ta’ Jannar tal-2023, imbagħad, il-Papa Franġisku sejjaħlu f’Ruma biex jibda jservi bħala Prefett tad-Dekasteru għall-Isqfijiet u President tal-Kummissjoni Pontifiċja għall-Amerika Latina.
Hu ġie kkreat Kardinal mill-istess Papa Franġisku fil-Konċistorju tat-30 ta’ Settembru 2023 u ngħata d-Djakonija ta’ Santa Monika.
Minbarra hekk, Prevoso beda jservi anke bħala membru f’diversi dekasteri oħrajn u fil-Kummissjoni Pontifiċja għall-Istat tal-Vatikan.