Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa fuq operazzjoni mhux tas-soltu.
Dan hekk kif l-istess membri salvaw kelb li kien maqbud f’zona ta’ kostruzzjoni f’Ħaż-Żabbar.
F’messaġġ fuq Facebook, flimkien ma’ għadd ta’ ritratti meħudin waqt li kien qed jiġi salvat, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili spjega kif wara li ttella’ u ġie salvat, il-kelb ittieħed għand membri mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali li kienu fuq il-post waqt il-ħin tas-salvataġġ.