Permezz tal-mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili Ewropew, Malta se tkun qed tibgħat tim ta’ ħaddiema tas-salvataġġ fit-Turkija. Dan se jsir b’rabta mal-operazzjoni kbira tas-salvataġġ li tinsab għaddejja wara li terremot ħalla ħerba fiż-żona tal-fruntiera tat-Turkija mas-Sirja. Ħabbar dan il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri.
Il-Prim Ministru Robert Abela esprima solidarjetà u appoġġ lill-poplu Tork u Sirjan.
Solidarity with the people of Turkey & Syria in this difficult time. You have @MaltaGov's unwavering support & 🇲🇹 will send Civil Protection Department officials to help and provide further humanitarian assistance. – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) February 6, 2023
Dan it-terremot sa issa ħalla warajh ‘l fuq minn 900 vittma fit-Turkija biss. Ġew salvati aktar minn 2,000 persuna filwaqt li hemm madwar 5,000 persuna li sofrew ġrieħi. Il-President Recep Tayyip Erdoğan ħabbar ukoll li sa issa hemm 45 pajjiż li offra l-għajnuna jew ir-riżorsi tiegħu.