L-Erbgħa waranofsinhar ħaddiema tas-salvataġġ tal-Protezzjoni Ċivili ġew mitluba jassistu numru ta’ persuni li nqabdu fuq it-tafal fl-akwati tal-bajja tal-Ġnejna. Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li kawża tal-maltemp li ħakem lill-pajjiż ir-rampi tat-tafal ġew jiżolqu ħafna u numru ta’ persuni fosthom xi tfal spiċċaw weħlu.
Xhieda fuq il-post tal-inċident spjegaw magħna li l-ħaddiema tas-salvataġġ marru ħdejn dawk maqbuda u daħħluhom l-art permezz ta’ dgħajsa privata li nzertat kienet għaddejja mill-akwati tal-inċident. Ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident.