Dwar l-aħħar theżżiżiet li nħassu f’pajjiżna, f’kitba fuq il-midja soċjali l-Ministru għall-Intern u s-Sigurta Nazzjonali Byron Camilleri qal li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed iżżomm kuntatt kontinwu mal-Fakulta tax-Xjenza fl-Universita ta’ Malta.
Il-Ministru Camilleri qal ukoll li fl-aħħar xhur il-ħddiema tal-Protezzjoni Ċivili għamlu eżerċizzji b’rabta ma’ każi ta’ terremoti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan sar kemm b’simulazzjoni f’pajjiżna u b’taħriġ intensiv barra minn xtutna.