Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili javża lir-residenti ta’ Raħal il-Ġdid, il-Fgura, Ħal Tarxien u Santa Luċija biex għalissa jżommu t-twieqi tar-residenzi tagħhom magħluqin sakemm jiġu kkontrollati n-nirien li ħakmu lill-istabbiliment tal-Wasteserv fil-Marsa. Dan għaliex id-dħaħen huma meqjusa tossiċi.
Fi stqarrija maħruġa mill-Protezzjoni Ċivili ntqal li ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bħalissa għaddejjin b’ħidma biex jitfu n-nirien kif ukoll qed jevakwaw residenti minn djar qrib l-inħawi.
Il-pubbliku huwa mitlub biex jikkopera f’din il-ħidma.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/10/27/bil-filmat-nirien-jizviluppaw-fl-inhawi-tal-marsa/