Fil-Belarus, l-oppożizzjoni seħħejt sabiex il-pubbliku jagħmel strajk wara l-elezzjoni Presidenzjali tad-9 t’Awwissu li għadda.
Dan se jkompli ma’ dak li ġara fi tmien il-ġimgħa u l-jiem ta’ qabel, hekk kif it-toroq f’Belarus kienu maħnuqa b’eluf ta’ nies li niżlu fit-toroq jipprotestaw.
Dawn il-protesti skattaw fid-dawl tal-voti presidenzjali li ra elett mill-ġdid lill-President Alexander Lukashenko li ilu jmexxi l-Belarus mill-1994, liema riżultat ġab l-istmerrija tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti.
Is-sejħa tal-oppożizzjoni sejħu dawn l-istrajks fl-isfond tar-rabja tal-poplu li iktar ma jmur iktar qed tikber u r-rapporti ta’ vjolenza mill-pulizija.
Intant, il-President Alexandar Lukashenko baqa’ jisfida dan kollu. Huwa qal lil dawk li jappoġġjawh sabiex jiddefendu lill-pajjiżhom u l-indipendenza tagħhom.