L-istrajk tat-transport fi Franza bi protesta kontra r-riforma tal-pensjonijiet daħlet fid-29 ġurnata tagħha. Għaldaqstant dan l-istrajk ġie msejjaħ bħala l-itwal strajk mill-ħaddiema mill-1968 ‘l hawn. Dawn l-azzjonijiet industrijali kontra l-President Emmanuel Macron affettwa diversi servizzi ta’ transport fil-pajjiż fejn l-aktar servizz li ġie affettwat kien dak tal-ferrovija.
Il-Gvern Franċiż saħaq li l-bidliet huma neċessarji sabiex is-sistema tkun ugwali għall-kullħadd u iktar sostenibbli. Il-Unions saħqu li l-ħaddiema huma li ħa jitilfu minn dan kollu.
Iktar taħdidiet bejn il-unions u l-Gvern ser iseħħu fis-7 ta’ Jannar li ġej.