Il-protest li Hibernians FC ressqu ftit tal-ġranet ilu kontra r-riżultat finali tal-logħba kontra Ħamrun Spartans ma ġiex milqugħ mill-bord tal-protesti tal-MFA. Ħamrun kienu għelbu lill-Hibernians 2 – 1 fl-20 ta’ Jannar 2024.
Hibernians FC kienu protestaw dwar l-ineġibilità tal-plejer Christian Rutjens hekk kif skont huma l-plejer ma kellux ikun parti mill-iskwadra Ħamruniża minħabba sospenzjoni.
Iż-żewġ timijiet ressqu l-provi tagħhom matul il-ġurnata tal-Ħamis u propju llum ġiet komunikata d-deċiżjoni tal-istess bord biex b’hekk ir-rebħa u t-tliet punti baqgħu ta’ Ħamrun Spartans.