Il-Prosekuzzjoni opponiet għat-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Adrian Agius, wieħed mill-aħwa tal-Maksar.
Dan hekk kif l-avukati tiegħu talbu għall-ħelsien mill-arrest waqt li kompliet il-kumpilazzjoni tal-aħwa Robert u Adrian Agius, tal-Maksar, Jamie Vella u George Degiorgio li jinsabu akkużati bl-involviment tagħhom fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u l-Avukat Carmel Chircop.
L-avukat difensur ta’ Adrian Agius qal kif l-akkużat m’għandu l-ebda akkuża relata mal-qtil ta’ Caruana Galizia.
Iżda l-Prosekuzzjoni saħqet kif diġà kien hemm talba għall-ħelsien mill-arrest riċentament, li ma ġietx milqugħa.