Fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni dwar il-qtil ta’ Charlene Farrugia lura fl-2008.
Kien imiss lil Jesmond Cassar, suspettat li kellu involviment fil-qtil.
Waqt seduta oħra l-Maġistrat Marseanne Farrugia wissiet lil Cassar li jista’ ma jweġibx biex ma jinkriminax ruħu.
Cassar ma weġibx għal kollox għaliex qal li diġà wieġeb għall-interogazzjoni tal-Pulizija.
Cassar qal li fil-jum li Charlene Farrugia ġiet irrappurtata nieqsa hu kien iltaqa’ magħha u s-sieħba tiegħu biex jagħmlu permess sabiex Farrugia iżżur lis-sieħeb tagħha fil-ħabs.
Wara li ġabru il-permess marru Buġibba u ma kienx jaf x’sar minn Farrugia.
Il-prosekuzjoni qalet li Cassar kien qed ikun inkonsistenti fix-xhieda tiegħu għaliex ta verżjonijiet differenti dwar kif sar jaf lil John Paul Woods, l-akkużat mixli bil-qtil ta’ Farrugia.