Il-Prosekuzzjoni fil-każ tal-qtil ta’ Bernice Cassar iddikjarat li m’għandhiex iktar evidenza x’tippreżenta kontra Roderick Cassar, li qed jiġi mixli b’dan il-qtil.
Il-kumpilazzjoni qed tinstema’ quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud.
Il-qtil ta’ Cutajar seħħ fit-22 ta’ Novembru f’Kordin u Cassar kellha 40 sena.
Intant, fis-seduta tal-lum, id-Difiża talbet li l-inkjesta dwar il-qtil tiġi esebita fil-Qorti. B’reazzjoni għal dan, il-Prosekuzzjoni talbet li d-difiża tagħmel din it-talba bil-miktub.
L-Avukati ta’ Roderick Cassar, quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fis-sede Kostituzzjonali tagħha, ippreżentaw rikors dwar il-validità tal-liġi tal-femiċidju – liġi li se tiġi applikata għall-ewwel darba f’dan il-każ.