Il-Prosekuzzjoni ppreżentat l-evidenza kollha tagħha fil-każ ta’ Francesco Fenech ta’ 22 sena u Lorin Scicluna ta’ 23 sena, li qed ikunu akkużati bil-qtil ta’ Lassana Cisse.
Il-Pulizija Antoine Fenech ippreżenta paġna nieqsa minn rapport li jinkludi ritratti marbuta mal-każ.
Wara li għamlu ċert li kollox kien sew, is-Supretendententi Keith Arnaud u Trevor Micallef infurmaw lill-Qorti li l-Prosekuzzjoni ippreżentat l-informazzjoni kollha tagħha.
Iż-żewġ akkużati qed iwieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.
Il-vittma nqatel bi sparatura fis-6 ta’ April tal-2019, fil-11:00 ta’ filgħaxija, waqt li kien miexi lura d-dar wara li mar jara logħba futbol.
Iż-żewġ imputati qed ikunu mixlija wkoll b’attentat ta’ qtil ta’ żewġ imigranti oħra, li kienu sofrew ġrieħi serji, fl-istess każ li seħħ fi Triq il-Ġebel, Biżebbuġa.
Iż-żewġ akkużati ngħataw l-ħelsien mill-arrest f’Diċembru tal-elfejn u dsatax, taħt diversi kundizzjonijiet.
Din id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Maġistrat kienet ikkonfermata mill-Qorti tal-Appell wara li l-Avukat Ġenerali kien appella minn din id-deċiżjoni.
Il-każ mistenni jkompli jinstema’ fl-Lulju.