Il-Qorti ċanfret il-Prosekuzzjoni talli naqset li tħarrek biżżejjed xhieda biex timla’ seduta ta’ siegħa.
Dan hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront tas-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech li qed jiġi akkużat b’ ħasil ta’ flus u miżapropprijazzjoni ta’ fondi minn kumpanija li għandu flimkien ma’ zijuh Ray Fenech.
Fis-seduta preċedenti, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech kienet iddikjarat li kien hemm biżżejjed provi biex l-eks negozjant ta’ Tumas jiġi akkużat, iżda l-każ kien mifni minn problemi kkważati mill-Prosekuzzjoni, b’ħafna seduti jispiċċaw kmieni.