Is-seduta marbuta mal-każ ta’ ħasil ta’ flus kontra Florinda Sultana u Albert Buttigieg kellha tiġi posposta għal data oħra hekk kif il-Prosekuzzjoni ma deheritx fil-Qorti.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech irrimarkat kif wara nofs siegħa ta’ stennija, la l-Prosekuzzjoni u lanqas uffiċjali mill-Pulizija ma waslu fl-awla, u ordnat li tingħata spjegazzjoni ta’ dan il-każ fi żmien 24 siegħa.
L-imputati huma akkużati b’ħasil ta’ flus, liema flus allegatament ġejjin minn xiri taż-żejt bil-kuntrabandu.