Il-Prosekuzzjoni Ġermaniża taħseb li Madeleine McCann hija mejta u qed jittrattawh bħala omiċidju. Dan ħareġ minn konferenza tal-pulizija fejn qed tagħti l-aħħar aġġornamenti tagħha b’rabta ma dan il-każ. Il-Pulizija qiegħda tappella għal aktar xhieda sabiex jersqu l’quddiem dwar dan il-każ.
Intant ħabsi Ġermaniż ta’ erbgħa u tlietin sena li jħobb jivvjaġġa madwar il-Portugall b’van huwa fil-mira fl-investigazzjonijiet tal-Iscotland Yard’s fid-dawl tal-għajbien taċ-ċkejkna Madeleine McCann 13-il sena ilu.
Il-każ ta’ Madeleine McCann imur fil-lejl tat-3 ta’ Mejju tal-2007 meta ċ-ċkejkna għebet mill-appartament waqt f’riżort Portugiża waqt li l-ġenituri tagħha kienu ma xi ħbieb f’stabbiliment fil-viċinanzi.
L-għajbien tagħha sewa lill-Pulizija Ġermaniża mal-11-il miljun sterlina u saret tfittxija madwar l-Ewropa kollha.