“Se nidħlu għall-aktar proġett ambjentali ambizzjuż fl-istorja ta’ pajjiżna.”
Qal dan il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela f’konferenza tal-aħbarijiet b’rabta mal-ewwel proposta li ħabbar il-Partit Laburista fI-ewwel jum tal-kampanja elettorali.
Proposta li twiegħed allokazzjoni ta’ €700 miljun fuq medda ta’ seba’ snin biex jiġu investiti fi spazji ħodor ġodda b’enfasi fil-qalba tal-ibliet u l-irħula.
Dwar din il-proposta I-Prim Ministru Robert Abela tenna li din se tipprovdi pulmun ġdid f’kull lokalità u Gvern ġdid Laburista jibda minnufih biex jimplimenta din il-miżura.
Dr Abela tenna li fi tmiem dan il-proġett I-għan huwa li jinħolqu kullana ta’ spazji ħodda u ħodor madwar pajjiżna.
Huwa saħaq ukoll li kull proġett li se jsir, se jsir b’konsultazzjoni mal-komunità.
Din il-proposta, Dr Abela tenna li tinkludi investiment f’aktar parks pubbliċi, I-akbar proġett ta’ tħaddir urban li qatt ra pajjiżna, żoni pedonali f’kull lokal, mini għat-traffiku fejn possibli, spazji ħodor miftuha qrib kulħadd u iktar parkeġġi taħt l-art bil-ħolqien ta’ ġonna fuqhom.
Il-Prim Ministru tenna, “Se nniedu wkoll skemi biex jinxtraw propjetajiet privati fil- qalba taż-żoni urbani biex jiġu maqluba fi spazji miftuħa u se nniedu wkoll skemi għax-xiri ta’ ġonna privati biex jinfetħu għall-pubbliku. Dan huwa I-kunċett magħruf bħala Urban Green Reclamation.”
Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli spjegat wħud minn dawn il-proġetti fosthom dik taż-żona tal-parkeġġ ta’ San Pawl bejn Bormla u l-Isla li qabel kien immirat biex issir dormitorju.
Il-Ministru Dalli spjegat li din l-art se tinqaleb fi spazju aħdar mingħajr ma jintilef ebda parkeġġ billi fil-fatt, isir parkeġġ taħt I-art.
Dr Dalli spjegat ukoll proġett ta’ pjazza ħadra u miftuħa fil-qalba ta’ San Ġwann fi Ġnien Karin Grech.
Dan filwaqt li ssir mina taħt I-art biex ma jixxekkilx I-andament tat-traffiku.
Ir-Rabat Għawdex ukoll se jintlaqat min din il-proposta maġġuri ta’ spazji ħodor permezz ta’ proġett ambizzjuż biswit il-venda tal-karozzi tal-linja.
Il-Ministru Dalli stqarret, “Dak li llum huwa proġett tat-tarmak se jinbidel f’park għall- familji li se jkun qed jinkludi wkoll grawnd tal-futbol u parkeġġ taħt l-art u b’din il-proposta f’termini ta’ spazju miftuħ dan se jingħaqad mal-Ġnien ta’ Villa Rundle u l-bandli preżenti u se jkun fost I-akbar spazji miftuħa fil-pajjiż.”
Fil-Ħamrun, fl-art fejn hemm il-fabbrika tal-ħalib wkoll se jsir ġnien ta’ għaxar tomniet għall-familji flok żona industrijali u parkeġġ taħt I-art.
Fil-Wied ta’ Birkirkara qed jiġi propost li tissaqqaf il-via tal-ilma biex b’hekk isir spazju aħdar fil-qalba ta’ Birkirara.
Minn naħa tiegħu I-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia spjega li I-livell li jmiss ta’ proġetti fil-qasam ambjentali jinkludu wkoll Santa Venera.
Fosthom it-tisqif fuq il-mina ta’ Santa Venera li issa huwa lest u b’hekk jibda x-xogħol biex isir spazju miftuħ ta’ seba’ tomniet ta’ art flimkien ma’ parkeġġ.
Ma’ dawn il-proġetti hemm wieħed ambizzjuż fil-Floriana.
Il-Ministru Farrugia tenna, “Triq Sant Anna fejn hawnhekk se naraw li mhux biss dan il-proġett huwa fattibbli imma se jsir ukoll. Nafu li mill-iljun tal-Floriana sal-Monument tal-Gwerra hemmhekk se tiġi stretch of land li ssir kollha ħadra u allura żona ta’ rikrejazzjoni għall-familji li jgħixu hemmhekk. Se tmur lura għan-nies bit-traffiku ovjament jgħaddi kollu minn taħt l-art kif qed naraw fil-visuals li għandna maġenbna.”
Proġetti oħrajn jinkludu, l-estensjoni tal-Inwadar, il-Park ta’ Ta’ Qali u ta’ Bengħajsa flimkien ma’ parks ġodda f’Bormla, il-Birgu, park ġeoloġiku ‘Għar Lapsi u Wied iż-Żurrieq u I-konverżjoni tal-pont magħruf bħala tax-Shell f’Birżebbuġa.
Il-Prim Ministru Robert Abela temm din il-konferenza tal-aħbarilet billi qal kif dawn il-proġetti se jibdlu wiċċ pajjiżna għal Malta u Għawdex isbaħ.
Huwa tenna li kull meta wiegħed dan il-Gvern wettaq u b’hekk konvint li flimkien se naslu.