“Il-Gvern se jkun qed jipproteġi lil kull min investa f’dan is-settur. Jien ma nemminx li dan il-Gvern għandu joħnoq is-suq liberu u s-suq ekonomiku.”
Sostna dan il-Prim Ministru Robert Abela dwar is-settur tal-AirBnB u min jikri l-propjetà tiegħu f’din il-pjattaforma fl-isfond tal-policy li ħejjiet l-MTA u li għadha trid tittella’ għad-diskussjoni fuq livell ta’ Kabinett.
Mal-ġurnalist Mario Xuereb f’isem it-Times, Dr Abela rrimarka kif dan il-Gvern mhux se jkun qed jikkastiga lil min investa biex jikri l-propjetà madankollu se jara li jħares ukoll id-drittijiet tar-residenti Maltin u Għawdxin.