Is-Sibt in-negozjant Yorgen Fenech għamel talba għall-maħfra presidenjzali.
Bl-avukat ġenerali kien fil-Kwartieri ġenerali tal-pulizija sabiex flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija u l-investigaturi ewlenin fil-kaz tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia jiddiskutu din it-talba.
Il-maħfra presidenjzali hija imunita mill-proċess gudizzjarju. Tingħata mill-President tar-Repubblika fuq parir tal-Prim Ministru jew il-Ministru tal-Ġustizzja.
L-Avukat Veronique Dalli qalet li l-proklama tingħata biss meta tkun neċessarja għall-investigaturi f’investigazzjoni biex tinkixef il-verità kollha.
Min jingħata l-proklama irid jixhed fuq kollox u jitla’ jixhed kull darba li jkun imsejjaħ.
Iżda jekk persuna tinqabad tigdeb titressaq il-qorti fuq l-akkużi li jkollha u teħel piena ta’ ħabs.
L-Avukat Veronique Fenech spjegat: “Ikollha imunità milli tiġi proċessat bi proċess ġudizzjarju l-Qorti u qatt ma tkun tista’ tinstab ħatja. Ikun hemm numru ta’ kundizzjonijiet fosthom tgħid dak li taf. Il-verità kollha u mhux nofs verità. Tigi l-Qorti kull meta tkun imsejħa. Jekk jirrizulta li mhux tgħid il-verità l-proklama tista tiġi rtirata.”
Fil-liġi m’hemm xejn stabillit jekk fl-stess każ għandux ikun hemm żewġ persuni jingħataw l-maħfra presidenzjali. Imma l-protokoll huwa li tingħata l-maħfra li l-persuna waħda biss għax bl-informazzjoni li jkun ikun għen lill-Pulizija sabiex isolvi l-każ.
Dr Dalli sostmiet li “Il-liġi ma titkellimx jekk tistgħax tingħata t-tieni proklama fl-istess każ. Imma l-protokoll stabillit huwa li persuna waħda tingħata l-proklama f’każ għax bi saħħa ta’ dik l-informazzjoni tkun indispensabbli biex isolva l-każ u jiġu stabillit l-fatti.”
L-Avukat Veronique Dalli qalet li l-maħfra presidenzjali u Plea Bargaining huma żewġ affarijiet differenti minn xulxin.
Fi Plea Bargaining akkużat jammetti l-akkużi meta jiffaċċja proċeduri ġudizzjarja sabiex tonqos il-piena tas-sentenza. Hekk kif min ikun akkużat b’omiċidju volontarju il-piena tkun ta’ massimu ta’ għomru l-ħabs.
“L-omiċidju volontarju ġġorr massimu ta’ għomor il-ħabs. Flok għomor il-ħabs tipprova tasal fi ftehim biex il-piena tkun inqas fis-sentenza. Dak huwa l-plea bargaining. Filwaqt li proklama hija imunità mill-proċess u qatt ma tasal biex tibda l-proċess. Provided li tgħid il-verità kollha”, temmet tispjega Dr Dalli.