Mal-bidu ta’ skeda ġdida, is-segwaċi ta’ ONE jistgħu jsegwu numru ta’ programmi kuljum. Fid-9am, THE MORNING MIX fejn ir-radju jingħaqad mat-televiżjoni għal sagħtejn ta’ kumpanija kull filgħodu, mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/09/28185656/461280723_10161024060823802_2303507438847669128_n-1024x471.jpg)
F’nofsinhar, umbgħad il-programm ġdid ĊEMPEL U IRBAĦ, fejn is-segwaċi jistgħu jċemplu u jikkompetu f’logħob sempliċi u divertenti ma’ Pawla, Tiziana Calleja u Janvil.
Wara ONE News tas-1:30pm, episodju kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa tas-sensiela popolari SIMPATIĊI, filwaqt li fit-2:45pm staġun ġdid ta’ INDIGO fejn minn sett kompletament ġdid u aktar modern, Lon Kirkop u Josette Sciberras iżommu sagħtejn u kwart ta’ kumpanija kuljum.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/09/28185605/459519866_509121548543315_3323848210051499670_n-1024x428.jpg)
Fis-6pm, il-programm prinċipali ta’ ġrajjiet kurrenti, diskussjoni, tagħrif u aktar ma’ Dorian Cassar u Claudia Cuschieri permezz tal-programm BIL-FATTI.
Wara l-bulettin ta’ ONE News, għal-ħin tat-8:10pm, Jurgen Manicolo flimkien mat-tim tiegħu jistieden lis-segwaċi ta’ ONE għat-tieni staġun ta’ MANICOLO &CO u eżattament wara, fit-8:35pm Danusan se jwasslu programm ġdid SHOOTER li se jitwassal kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/09/28185821/416840065_252965104483627_620330684843642341_n-1-1024x390.jpg)
Minn din l-iskeda, ONE NEWS se jwassal diversi servizzi. Fil-11:30am aġġornament, fis-1:30pm u fit-3:30pm il-punti ewlenin, fis-7:30pm il-bulettin tal-ġurnata, fl-10:30pm il-punti ewlenin u fil-11:30pm il-bulettin tal-aħħa