It-Tnejn, 28 ta’ Settembru, ONE ser ikun qed jippreżenta skeda ġdida għall-familja kollha. L-iskeda tal-Ħarifa ta’ ONE hija mibnija fuq programmi ġodda iżda ukoll dawk stabbiliti, li kisbu popolarità mat-telespettaturi ta’ ONE matul l-aħħar snin.
Programmi ta’ ġrajjiet kurrenti, divertiment, informazzjoni, edukazzjoni u kulturali ser jagħmlu cert li din l-iskeda ser tkun waħda ta’ sfida kbira għall-istazzjon ONE, iżda ukoll li żżomm kumpanija tajba lit-telespettaturi kollha ta’ ONE matul id-disa’ xhur li gejjin.
Wayne Aquilina minn filgħodu, Alfred Zammit waranofsinhar u Karl Stagno Navarra u Owen Bonnici filgħaxijiet ser jerġgħu jkunu magħna bil-programmi popolari tagħhom Espresso, Kalamita, Pjazza u Primetime kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa b’aktar divertiment, informazzjoni, mistiedna u diskussjoni.
Programm ġdid kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa immirat għall-ġenituri u speċjalment għat-tfal huwa DUURELLA fejn Brandon Terribile ser ilaqqana’ ma’ għadd ta’ tfal bravi u imqarqċin. Logħob, sfidi u kurżitajiet li jgħallmu u jqanqlu tbissima.
Teftif ukoll se jżomm l-appuntament tiegħu mat-telespettaturi ta’ ONE kuljum mit-Tnejn sas-Sibt b’għadd ta’ filmati qosra mimlija kurżitajiet, ideat, tagħrif, riċetti u ħafna ħafna aktar.
Kull nhar ta’ Tnejn Nancy ukoll ser tibqa’ żżomm l-appuntament b’pariri u riċetti għal dawk li għandom għal qalbhom l-ikel u s-saħħa.
L-iskeda l-ġdida ser tara wkoll programm ġdid ta’ ġrajjiet kurrenti ppreżentat minn Rebecca Buttigieg bl-isem ta’ Follow Up.
Nhar ta’ Tnejn Claire Aguis Ordway ser twaslilna pariri u informazzjoni fuq l-eżerċizzju u dak kollu li tista’ tagħmel biex tibża’ għas-saħħa tiegħek u tal-familja tiegħek fi programm ġdid fjamant, Reboot u tirritorna ukoll b’Dak li Jgħodd kull nhar ta’ Tlieta.
Ħabrikt huwa programm ġdid li ser jittella’ kull nhar ta’ Tlieta u se jlaqqana ma’ 13-il artist lokali. Dan filwaqt li 100 huwa dokumentarju imsejjes fuq il-mitt sena mit-twaqqif tal-Partit Laburista.
Il-preżentatur popolari Clifford Galea se jkun magħna kull nhar ta’ Erbgħa bi programm kulturali ġdid bl-isem ta’ #PAJJIŻI u Clare Agius se tagħtina togħma kulturali ukoll bil-vjaġġi tagħha mal-Gżejjer Maltin b’The Local Traveller.
Is-sensiela drammatika Division 7 tirritorna fuq l-iskrins tagħna għat-tmien staġun kull nhar t’Erbgħa u Distintivi se jkun programm ġdid din id-darba preżentat minn Kevin Mercieca fejn iċ-ċentru tad-diskussjoni se tkun minn lenti żagħżugħa.
Ruth Frendo tirritorna b’tagħrif fuq x’qed jintwera fis-swali taċ-ċinema f’Popcorn u Mhux Kemm Taf huwa kwiżż ġdid divertenti ma’ Matthew Sant Sultana.
Dibattitu one-on-one ma’ Manwel Micallef fil-programm Dirett u jżommu l-appuntament mill-ġdid kull nhar ta’ Ħamis Clare, Claire u Pauline – it-tliet nisa ta’ Ilsien in-Nisa.
Pauline Agius tkun magħna ukoll bis-sensiela informattiva u interessantissima tagħha InDHouse.
Wieħed mill-favoriti nett tat-telespettaturi ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa, Min Imissu jerġa’ jirritorna għal staġun ieħor b’garanzija ta’ divertiment biex tibda t-tmiem il-ġimgħa tiegħek fuq nota tajba.
Kull tmiem il-ġimgħa filgħodu ma jkunx komplut mingħajr Paulanne Vella u Better Living u l-analiżi tal-gazzetti f’Paperscan din id-darba ma’ Charlon Gouder.
Simone Cini tirritorna ukoll b’aktar mistiedna f’Ieqaf 20 minuta.
Il-Kelma ma’ Antonella Galea Lofreda jirritorna għal staġun ieħor kif jirritornaw ukoll Pierre Borg u Nevise Borg Caligari bil-programmi popolari tagħhom On D Road u Pink Panther għad-dilettanti tal-karozzi u muturi u dak kollu li għandu x’jaqsam mal-annimali u kif tieħu ħsiebom.
Is-Sibtijiet ma jkunux l-istess mingħajr ir-ritorn ta’ Joseph Chetcuti u l-programm tant imfittex tiegħu Arani Issa, li din is-sena jiċċelebra il-15-il edizzjoni tiegħu.
Naturalment l-iskeda ma jkunux kompluti b’aktar aħbarijiet sportivi matul il-ġimgħa kollha mal-preżentaturi sportivi tagħna Mario Bonnici, Mario Saliba, Clint Buhagiar, Mark Mizzi u Silvio Vella f’Żona Sport, Kick off u L-Argument.