Is-sit awtorevoli CNN faħħar il-programm Malti taċ-Ċittadinanza b’investiment magħruf aħjar bħala dak tal-IIP.
F’rapport dwar il-benefiċċji ta’ dawn it-tip ta’ programmi intqal kif il-programm tal-IIP, li issa kważi wasal fi tmiemu, jħaddan proċess rigoruż ta’ skrutinju u huwa wieħed mill-aktar b’saħħtu fl-Ewropa kollha.
Is-sit ikkwota lill-Uffiċjal ta’ Henley and Partners Dominic Volek, li kienu l-konċessjonarji ta’ dan il-programm.
Volek jgħid li l-proċess ta’ skrutinju li jħaddan l-IIP huwa maqsum f’erba stadji differenti. Spjega kif madwar 25% tal-applikazzjonijiet għal dan il-programm ma ma ġewx aċċettati hekk kif il-Gvern Malti qgħad attent ħafna lil jilqa’ fi ħdanu.
Ir-rapport tac-CNN jispjega wkoll kif il-mod eċċellenti ta’ kif Malta kkontrollat il-pandemija tal-Covid-19 tista’ tattira aktar persuni lejn il-programm ta’ residenza ġdid li jista’ jkollu pajjiżna.
Intqal ukoll kif f’ċirkostanzi ta’ pandemija aktar investituri u persuni li jgħixu f’pajjiżi kbar qed ifittxu pajjiżi bħal Malta bħala alternattiva.
Studji juru li bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena l-interess f’dawn it-tip ta’ programmi spara ‘l fuq bi kważi 50%.
Ġimgħat ilu l-Gvern ħabbar programm ta’ residenza ġdid ser ikun qed jieħu post il-programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment.
Ewlenin fost in-neċessitatjiet li jġib miegħu l-programm ġdid ta’ residenza huwa l-fatt li min ikun ilu joqgħod biss Malta minn tal-inqas sena ser ikun eliġibbli li japplika għal ċittadinanza Maltija.
Dan apparti li persuna ma jistax japplika għal residenza Maltija qabel ma jkun għadda minn proċess rigoruż ta’ skrutinju saħansittra aktar b’saħħtu minn dak tal-IIP u li jikseb l-informazzjoni kollha fuq l-individwu u l-passat tiegħu.