Nhar il-Ħadd 3 ta’ Marzu il-krew ta’ QRIBEK se jżur ir-raħal antik, mimli storja, taż-Żurrieq. Oriana Farrugia se tiltaqa’ mas-Sindku Rita Grima, fejn flimkien se jesploraw ftit mill-proġetti li seħħew tul dawn l-aħħar snin.
Is-Sindku se tinfurma lis-segwaċi dwar proġett ta’ tisbiħ fiż-żona magħrufa bħala tal-Ġibjun; dwar proġett ta’ restawr fuq il-Mitħna tax-Xarolla fost oħrajn. Bħal dejjem, b’appuntament f’kull programm, Oriana Farrugia ddur il-lokalita’ li tkun qed tesplora, sabiex titkellem man-nies tar-raħal u tifhem x’jaħsbu dwar dawn il-proġetti.
QRIBEK, dwar iż-Żurrieq jixxandar il-Ħadd 3 ta’ Marzu fl-10am, b’repetizzjoni it-Tlieta fl-10pm fuq ONE.