Oriana Farrugia se tkun qed twassal il-proġetti tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, waqt il-programm QRIBEK tal-Ħadd 04 ta’ Frar fl-10am.
Waqt il-programm QRIBEK se naraw dak li jaħsbu s-Siġġiwin dwar it-toroq li saru mill-ġdid, bħal Ta’ Lapsi u l-Benniena, se naraw varji tipi ta’ restawr fuq statwi, niċeċ u kappelli u se nsegwu t-tisbiħ ta’ strutturi eżistenti bħall-bandli tas-Siġġiewi u se mmissu mar-realtajiet tal-anzjanita’ attiva.
QRIBEK, il-programm li qed jagħti pjattaforma l-ħidma tal-Kunsilli Lokali