Din il-ġimgħa QRIBEK se jinżel Birżebbuġa sabiex ixandar proġetti tal-Kunsill Lokali, f’din il-lokalita’ magħrufa għall-Bajja s-Sabiħa. Oriana Farrugia ltaqgħet mas-Sindku Scott Camilleri, li spjegalna fid-dettall dwar ftit mill-proġetti li twettqu, fosthom proġetti ta’ tisbiħ, proġetti soċjali u ta’ infrastruttura. Se nitkellmu wkoll ma’ diversi persuni konnessi mal-proġetti li se jkunu qed jispjegawlna l-aspett tekniku tal-proġett u l-esperjenza tagħhom.
QRIBEK, dwar Birżebbuġa jixxandar il-Ħadd 21 t’April fl-10am fuq ONE.
