Ġimgħa wara ġimgħa, l-kameras ta’ ONE qed iduru diversi lokalitajiet sabiex waqt il-programm QRIBEK, naraw il-ħidma tal-kunsill lokali f’dik il-lokalita’. Wara li l-ġimgħa li għaddiet segwejna l-Isla, din il-ġimgħa jmiss il-Ħamrun.
Fil-programm ta’ din il-ġimgħa, mal-kameras ta’ QRIBEK jitkellem is-Sindku Chirstian Sammut dwar il-ħidma tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun f’din l-aħħar leġislatura. Fost il-proġetti mwettqa ser naraw Ġnien Salvinu Spiteri li jinsab fiż-żona tal-Knisja tal-Franġiskani fejn b’investiment ta’ €20,000 iċaqalqu numru ta’ parkeġġi sabiex ġiet organizzata aħjar it-triq u b’hekk instab bilanċ tajjeb bejn in-nies, it-tisbiħ u l-parkeġġi
Spazju ġdid ieħor fil-Ħamrun huwa Ġnien GianMarie Zammit. B’investiment ta’ €92,000 il-Kunsill Lokali għaraf u wettaq proġett billi bidel triq maġenb il-pjazza, f’bandli għat-tfal.
Waqt il-programm QRIBEK mill-Ħamrun se naraw il-ħidma infrastrutturali li twettqet fl-aħħar xhu, il-ħidma soċjali kif ukoll il-ħidma ta’ kuljum, filwaqt li mal-kameras tal-programm jitkellmu bosta residenti u persuni oħra
QRIBEK huwa ppreżentat minn Oriana Farrugia u jixxandar il-Ħadd 21 ta’ Jannar fl-10am