Bħall-ġimgħat li għaddew, permezz tal-programm QRIBEK, din il-ġimgħa l-Ħadd 14 t’April, Oriana Farrugia se tieħu lis-segwaċi ta’ ONE f’lokalita’ fil-gżira tat-tlett għoljiet. Din il-ġimgħa se ddawwarna madwar il-Qala, sabiex flimkien inkunu nistgħu nesploraw il-proġetti tant sbieħ li saru f’din il-lokalita’, f’dawn l-aħħar snin.
Oriana se tkun qed tiltaqa’ mas-Sindku Paul Buttiġieġ, li se jitkellem dwar ftit mill-proġetti li twettqu mill-Kunsill Lokali tal-Qala, bħar-restawr fuq l-istatwa tant maħbuba ta’ San Ġużepp; proġett ta’ nfrastruttura biex jitnaqqas l-għarar; tisbiħ taż-żona pittoreska magħrufa bħala l-Belveder; installazzjoni ta’ servizz tar-Reverse Osmosis li tant kien hemm bżonnu; kif ukoll proġett sorpriża li żgur se tieħdu gost tisimgħu dwaru.
Biex tkun taf aktar, segwi QRIBEK, il-Ħadd 14 t’April fl-10am fuq ONE.