Din il-ġimgħa l-programm QRIBEK se jżur ir-raħal tal-Marsa, sabiex ixandar proġetti tal-Kunsill Lokali f’din il-lokalita’ mżewqa bil-baħar u storja li tmur lura għal ħafna snin.
Oriana Farrugia ltaqgħet mas-Sindku Josef Azzopardi, li spjegalna fid-dettall diversi proġetti, fosthom soċjali, ambjentali u ta’ restawr. Iltaqgħet ukoll ma’ diversi persuni konnessi mal-proġetti li spjegawlna l-esperjenzi tagħhom, kif ukoll l-intervisti spontanji mal-Marsin.
Għal din il-ġimgħa, il-programm QRIBEK ser jixxandar il-Ħadd 28 t’April għan-12:30pm, wara li tintemm il-konferenza ġenerali tal-Partit Laburista.