Bħall-ġimgħat li għaddew, permezz tal-programm QRIBEK, din il-ġimgħa l-Ħadd 11 ta’ Frar, Oriana Farrugia se terġa’ tiħodna f’lokalita’ oħra, mimlijja proġetti li tejbu l-lokal. Din il-ġimgħa se ddawwarna madwar il-Qrendi, sabiex flimkien inkunu nistgħu nesploraw il-proġetti tant sbieħ li saru f’din il-lokalita’, f’dawn l-aħħar snin.
Oriana se tkun qed tiltaqa’ mas-Sindku David Schembri, li se jitkellem dwar ftit mill-proġetti li saru, bħal ir-restawr fuq il-kappella taċ-ċimiterju ta’ San Nikola u l-kappella ddedikata lil Madonna tal-Ħniena. Se naraw ukoll proġett ieħor interessanti, li biddel spazju żdingat li kienu jarmu fiħ, fi spazju miftuħ bl-isem ta’ Ġnejnet Nikol Aquilina. Se nżuru it-Torri tant maħbub ta’ Xutu ġewwa Wied iż-Żurrieq; il-Bandli rinnovat ġewwa ż-żona tal-Warda, kif ukoll se nitkellmu dwar kotba ippubblikati, grazzi għall-ħidma tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi.
Bħal kif isir f’kull programm, se nitkellmu ma’ bosta Qrendin sabiex jgħidulna x’jaħsbu dwar dawn il-proġetti. Dan u iktar, il-Ħadd 11 ta’ Frar fl-10am fuq ONE