Din il-ġimgħa QRIBEK se jitla’ l-Mellieħa sabiex ixandar proġetti tal-Kunsill Lokali f’din il-lokalita’ mżejna b’tant pajsaġġi tradizzjonali Maltin. Oriana Farrugia ltaqgħet mas-Sindku Dario Vella, li spjegalna fid-dettall ir-restawr tal-mużew tat-Tunnara, ir-riġenerazzjoni li saret fil-Pjazza tal-Mellieħa u l-parkeġġ fix-xtajta tant maħbuba tal-Għadira. Se naraw diversi persuni konnessi mal-proġetti jispjegawlna l-esperjenzi tagħhom, kif ukoll l-intervisti spontanji tal-Melliħin.
QRIBEK, dwar il-Mellieħa jixxandar il-Ħadd 25 ta’ Frar fl-10am, b’repetizzjoni it-Tlieta fl-10pm fuq ONE