Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti l-FKNK rebaħ premju prestiġjuż mill-Federazzjoni tal-Kaċċa Ewropea fi Brussell għall-proġett tal-Introduzzjoni mill-ġdid tal-Barbaġann.
Dan il-proġett ġie msemmi bħala l-“Aqwa Proġett ta’ Introduzzjoni mill-Ġdid” għas-sehem eċċellenti tiegħu fil-promozzjoni tal-bijodiversità.
Fi stqarrija, l-FKNK qalet li dan il-premju huwa unur kbir għalihom, speċjalment billi dan ir-rikonoxximent ġie magħżul fost l-assoċjazzjonijiet membri Ewropej tal-FACE.
Intqal li l-FKNK tinsab grata għal dan ir-rikonoxximent li qed ikompli jikkonferma l-impenn fil-qasam tal-konservazzjoni tal-ambjent naturali.
L-istqarrija temmet tgħid li l-FKNK tibqa’ impenjata li tippromwovi l-bijodiversità u se tkompli taħdem għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-Introduzzjoni mill-ġdid tal-Barbaġann fil-gżejjer Maltin.