Dak li kien magħruf bhala l-Crafts Village f’ Ta Qali, li sfortunatament minn attrazzjoni turistika sar post abbandunat b’inqas minn 20 operatur, għaddej minn proċess ta’ rikostruzzjoni biex hekk kif jitlesta, jilqa’ fih mas-70 operatur u spazji ta’rikreazzjoni għall-familja kollha.
Waqt żjara fis-sit li għadna kemm temmejna flimkien mal-Ministru Chris Cardona, waħda mill-operaturi stqarret ma’ ONE News li l-għajnuna li ta l gvern lilha u lill-operaturi l-oħra wasslet biex terġa’ tagħti l-ħajja lin-negozju, tant li qed tippjana li tgħaddieh lil uliedha.
Il-Ministru Chris Cardona f’diskors li għamel fuq il-post stqarr li dan il-proġett miexi b’ritmu tajjeb grazzi għas- sinerġija li hemm bejn dawk kollha ikkonċernati u żied jgħid li ser iwassal biex post li għal snin twal kien mitluq, issa ser isir ċentru ta’ attrazzjoni kemm għat-turisti kif ukoll għall-familji Maltin.