Il-proġett ta’ Mercury House f’Paceville jista’ jidħol fit-tieni fażi tiegħu wara li l-bord tal-Ippjanar approva l-permess ta’ żvilupp mill-ġdid tas-sit flimkien ma’ xi bidliet fid-disinn li kien sottomess fil-permess preċedenti.
L-approvazzjoni tal-Bord tinkludi t-twaqqigħ ta’ binja u l-iżvilupp ta’ parkeġġ taħt l-art għal tliet mitt karozza u l-bini ta’ lukanda twila dsatax-il sular fost oħrajn.
Sitta u erbgħin fil-mija tas-sit se jkunu spazji miftuħa li ser u jkunu maqtugħin mit-traffiku u se jikkumplimentaw l-ispazju miftuħ approvat fl-ewwel fażi tal-proġett.
Il-Bord tal-Ippjanar innota b’sodisfazzjon li wara xhur twal ta’ negozjati, dak li kien propost oriġinarjament ċkien u tnaqqas b’mod konsiderevoli biex b’hekk jinħoloq prodott ferm aħjar.