Il-Professur Oliver Friggieri se jingħata l-aħħar tislima permezz ta’ funeral li se jiġi organizzat mill-Istat.
Fi stqarrija mill-Gvern ta’ Malta, l-għada li tħabbret il-mewt tal-Professur fl-età ta’ tlieta u sebgħin sena, ingħad li l-Gvern iddeċieda li l-funeral jiġi organizzat mill-istat b’rikonoxximent għall-kontribut straordinarju li ta b’risq pajjiżna u n-nies tiegħu tul il-karriera tiegħu.
Fl-istqarrija ngħad li llum, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kellu laqgħat mal-familja tal-Professur Friggieri biex flimkien magħhom, isiru l-arranġamenti meħtieġa fl-organizzazzjoni tal-funeral.
Id-dettalji dwar il-funeral tal-Professur Friggieri jitħabbru aktar tard.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/11/21/imut-il-kittieb-malti-oliver-friggieri-2/