Il-Professur Mark Borg inħatar Aġent President tal-Kulleġġ Malti tax-Xjenza, Arti u Teknoloġija, l-MCAST.
Fl-aħħar ħinijiet, is-Sur Frederick Schembri, informa lill-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici li mhijiex ix-xewqa tiegħu li jkompli fil-kariga ta’ President tal-Kulleġġ.
Il-gvern irringrazzja lis-Sur Schembri tas-servizz eċċellenti li huwa ta fis-sentejn li dam fil-kariga, fejn l-MCAST kompliet timxi ‘l quddiem bħala kulleġġ ta’ eċċellenza fejn jidħol it-tagħlim vokazzjonali u applikat.
Min-naħa tiegħu, s-Sur Schembri wera disponibbiltà li jkun ta’ servizz f’oqsma oħra marbuta mas-settur edukattiv.