Il-Professur Godfrey La Ferla nħatar Kummissarju għall-Persuni Anzjani.
Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva, Jo Etienne Abela, irringrazzja lil Dr Mary Vella għall-ħidma tagħha f’dan l-irwol fl-aħħar snin u awgura l-ħidma t-tajba lill-Kummissarju l-ġdid, La Ferla.
Il-ħidma tal-Kummissarju ddur mal-promozzjoni u l-ħarsien tal-anzjan, bil-għan li jinħoloq aktar għarfien dwar id-drittijiet u d-dinjità tal-anzjani fl-oqsma kollha tal-ħajja.
Il-Professur Godfrey La Ferla ggradwa bħala tabib f’Londra fl-elf, disa’ mija u sebgħa u sebgħin u kiseb Dottorat fil-Filosofija u fil-Mediċina u l-Kirurġija.
F’Malta kellu diversi rwoli importanti fil-qasam tal-kirurġija fi sptarijiet differenti, fosthom fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Mater Dei.