Il-kardjologu u Professur, Albert Fenech, direttur tad-Dipartiment tal-Kardjoloġija fil-proġett bejn il-gvern u l-privat immexxi minn Vitals Health Group, tkellem kif dejjquh ħafna l-istejjer “ivvintati dwar il-proġett”
Il-Professur qal li l-grupp huwa impenjat li jwettaq il-proġett imwiegħed. Dan wara laqgħa mal-ġurnalisti flimkien mal-ogħla uffiċjali tal-grupp u l-Ministru tas-Saħħa. Laqgħa li matulha reġa’ esprima l-ottimiżmu tiegħu għal dan l-investiment.