Fis-seduta parlamentari tal-lejla, il-Professur Edward Scicluna indirizza lill-Parlament hekk kif riesaq fi tmiem ħidmietu fil-Kamra tar-Rappreżentanti.
Dan hekk kif se jkun qed jokkupa l-kariga ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.
F’indirizz qasir, Edward Scicluna rringrazzja lill-Ispeaker, lid-deputati u lil ħaddiema tal-Parlament tal-koperazzjoni tagħhom.
Saħaq li n-nies ta’ professjoni għandna nilqugħhom biex iservu lill-pajjiżna fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.
Qal li r-relazzjoni bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra għandha dejjem titjieb.