Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci fil-jum tas-Sibt ħadet it-tieni doża tal-vaċċin għall-Covid-19.
Għal diversi drabi l-Professur Gauci appellat lill-pubbliku biex meta jiġi msejjaħ jieħu l-vaċċin, biex b’hekk tgħin fil-kontroll tal-imxija fil-pajjiż.
Fl-aħħar bulettin mediku l-Professur qalet li fl-aħħar jiem kien hemm titjib qawwi fis-sitwazzjoni tal-imxija riżultat anki tat-tilqim li qed isir, b’mod partikolari fost l-anzjani.
Hawnekk saħaqet li kważi l-anzjani kollha fid-djar tal-anzjani ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin u dan l-iżvilupp qed iħalli l-frott hekk kif l-infezzjonijiet il-ġodda kienu biss fi tliet djar tal-anzjani.