Id-Dekan tal-Fakultà tal-Liġi l-Professur Aquilina kellu tifħir għall-mod kif ilbieraħ il-Prim Ministru nforma lill-pubbliku b’dak li kien għaddej bl-aktar mod meqjus u ma’ The Malta Independent tkellem ukoll dwar kif il-Kummissarju tal-Pulizija huwa pprojbit mill-liġi li jagħti dettalji u għalhekk għalxejn kien jindirizza l-media.
Dwar il-konferenza tal-aħbarijiet tal-Prim Ministru, Aquilina qal: “Il-Prim Ministru informa lill-pubbliku li kien hemm persuni arrestati iżda ma ta l-ebda dettalji li setgħu jippreġudikaw il-każ.” Dwar il-Kummissarju tal-Pulizija żied: “Huwa projbit mil-liġi li jagħti informazzjoni u kieku kien preżenti kien joqgħod iwieġeb għall-mistoqsijiet billi jirrepeti li l-liġi ma tħalliħx iwieġeb.”