Il-Professjonisti tas-Saħħa appellaw lil pubbliku sabiex f’jum ta’ festa pubblika, in-nies jibqgħu fi djarhom. Waqt filmat fuq Facebook, il-professjonisti appellaw sabiex illum isir sagrifiċċju minn kulħadd u jibqa’ f’daru sabiex titnaqqas l-imxija tal-Coronavirus.
Waqt dan il-filmat il-Professjonisti tas-Saħħa appellaw biex minflok jiltaqgħu flimkien ġod-djar ta’ xulxin, iċċemplu lil xulxin u jużaw il-mezzi soċjali.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li sabiex tingħata l-kura lil kull min għadu bżonnha, kulħadd għandu jagħmel sagrifiċju u jibqgħu ġewwa.