Il-Ġimgħa 18 ta’ Mejju 2018 se jiġi ippublikat il-kodiċi tal-etika li se jirregola l-professjoni tan-nutara.
Kodiċi meqjusa bħala importanti hekk kif in-nutara se jkollhom linji gwida biex jaqdu lill-klijenti tagħhom b’mod professjonali.
Dan tħabbar fiċ-ċerimonja tal-għoti tal-warrant lil tmien nutara nisa; nutara ġodda li issa se jibdew jipprattikaw wara tant snin ta’ studju.
F’pajjiżna hawn 340 nutar prattikant.