Il-Professur Edward Scicluna mhux se jibqa’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta sakemm ikun għadu għaddej il-każ tiegħu quddiem il-Qorti Maltija b’rabta mal-akkużi li qed jaffaċċja fuq il-konċessjoni tal-isptarijiet.
Il-Professur Scicluna kiteb lill-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Christine Lagarde fejn għamel it-talba tiegħu sabiex ma jibqax jeżerċita l-funzjoni ta’ Gvernatur.
Fi stqarrija mbagħad il-Kabinett tal-Ministri nnota t-talba tal-Professur Scicluna lil Lagarde u qal li d-deċiżjoni tal-Professur Scicluna hi fl-interess nazzjonali.
Id-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali Alexander Demarco se jkun qed jassumi t-twettiq tal-funzjoni ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.