Il-Professur Raymond Mangion inħatar Chairperson tal-Kunsill għall-Arkivji Nazzjonali.
Il-Professur Raymond Mangion hu Professur tal-Liġi u tal-Istorja Legali.
Hu studja fost l-oħrajn fl-Università ta’ Oxford, l-Ingilterra u madwar 40 sena ilu, il-Professur Mangion beda jiġbor il-memorja kollettiva tan-nazzjon Malti u li issa tikkonsisti fil-konservazzjoni ta’ mijiet ta’ tifkiriet.
Is-sena l-oħra l-Professur Mangion ġie maħtur fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu u ngħata ġieħ ir-Repubblika mill-President ta’ Malta George Vella.