Matul April li għadda, il-produzzjoni industrijali, jiġifieri l-operat tal-fabbriki, żdiedet b’aktar minn sittax fil-mija meta mqabbel ma’ April tas-sena l-oħra.
Dan skont statisitka maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
F’April ukoll, il-produzzjoni industrijali kienet ħamsa punt tlieta fil-mija iżjed minn Marzu.
Il-produzzjoni industrijali ta’ pajjiżna dejjem kienet waħda kostanti fid-dawl li l-fabbriki f’Malta qatt ma għalqu u baqgħu jaħdmu, anki waqt pandemija.
B’rabta ma’ dawn iċ-ċifri inkoraġġanti, fuq twitter, il-Prim Ministru Robert Abela nnota dan l-iżvilupp pożittiv għal settur tant importanti għall-pajjiżna, dak tal-manifattura.